Logħba edukattiva interattiva li tgħin lit-tfal jitgħallmu l-valur tal-muniti u tal-karti tal-flus.
L-utent irid jqabbel il-munita jew il-karta tal-flus li tidher fin-naħa ta' fuq tal-iskrin mal-borża li turi l-ammont korrett!
Tinkludi funzjoni ta' skannjar għal tfal b'diffikultajiet fil-moviment.









Preżentazzjoni dettaljata dwar l-użu tal-applikazzjoni. Jekk għandek xi mistoqsijiet jew suġġerimenti, jekk jogħġbok ikteb kumment hawn taħt.
Ikklikkja fuq l-istampi t'hawn taħt biex tara l-materjal li jista' jiġi stampat




Illaminja l-istampati u aqtagħhom. Uża'hom flimkien mal-istampati tal-muniti u tal-karti tal-flus mill-applikazzjoni “Shopping with Euros” biex tqabbel l-ammont mal-munita/karta tal-flus jew biex tqabbel l-ammont mas-somma tal-muniti/karti tal-flus.
Pjanijiet tal-Lezzjonijiet – Ideat
• Nilagħbu bil-karti tal-flus biss għal żewġ rawnds (8 darbiet b'kollox).
• Nilagħbu bil-muniti biss għal żewġ rawnds (16-il darba b'kollox).
• Nikklassifikaw il-muniti skont il-kulur tagħhom: azzar miksi bir-ram (1C – 2C – 5C) – deheb Nordiku, ligi tar-ram (10C – 20C – 50C) – ram-nikil u ottan tan-nikil, (1€ – 2€)
• Dejjem inżommu ħin disponibbli biex nittrattaw ukoll l-istampati. Il-ġeneralizzazzjoni tal-għarfien u l-qlib mill-iskrin għad-dinja reali jew viċi versa huwa proċess importanti ħafna.
• It-tfal jilagħbu bil-kards illaminati u bl-istampati tal-muniti u tal-karti tal-flus. Għall-ewwel stampat, nistgħu nitolbuhom jpoġġu kull munita jew karta tal-flus fil-borża t-tajba jew juru l-borża t-tajba meta jingħataw munita jew karta tal-flus. Bit-tliet stampati li jifdal, nistgħu nagħtu somom bi stampati tal-muniti u tal-karti tal-flus u nitolbu lit-tfal ipoġġuhom fil-borża t-tajba.
Għarrafna x'taħseb dwar din l-applikazzjoni billi tikteb kumment hawn taħt. Ideat dwar kif tużaha fl-għoti tat-tagħlim u suġġerimenti għal titjib huma dejjem milqugħa. Nirringrazzjawk ħafna!






1 Comment